Coronavirus Futbol Sport

Tliet każi pożittivi fit-tim ta’ Atalanta

(Ritratt: EPA)

Il-klabb ta’ Atalanta kkonferma tliet każi pożittiv ta’ coronavirus wara li l-iskwadra mmexxija minn Gian Piero Gasperini rritornat għat-taħriġ wara l-vaganzi.

It-tim minn Bergamo ma ħariġx l-identità ta’ dawk pożittivi bil-klabb jikkonferma li l-plejers pożittivi huma asintomatiċi u jinsabu f’iżolament. Flimkien ma’ dawn il-plejers hemm nieqes ukoll Ilicic li kellu problemi personali.

Fl-ewwel mewġa tal-pademija tal-coronavirus, ir-reġjun tal-Lombardija kien wieħed mill-aktar reġjuni milquta mill-pandemija tal-coronavirus fl-Italja fejn irreġistra l-għola każi ta’ mwiet.