Lokali

Tnejn midruba wara argument fil-Gżira

Ritratt: Arkivji

Żewġt irġiel Libjani residenti l-Gżira, kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu nvoluti f’argument fl-istess lokalità.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs tal-Ħadd filgħaxija fi Triq Frederick Ponsonby fejn minnufih ġew msejħa fil-post uffiċjali tal-Pulizija. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li nqala’ argument bejn iż-żewġt irġiel ta’ 31 u 34 sena kif ukoll raġel ieħor li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa.

Filwaqt li l-vittmi spiċċaw aggrediti b’arma taqta’ u bil-ponta, huma ttieħdu l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġew iċċertifikati li ġarbu ġrieħi gravi.

Il-pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma dan il-każ.