Sport Waterpolo

Valletta jirbħu b’faċilità lil Marsaxlokk u l- gowlkiper Vassallo jsalva punt lil Ta’ Xbiex

(Ritratt: Martin Agius)

Stewart Said


VALLETTA IZIBET……………………… 14
MARSAXLOKK BROWN’S…………… 3
(5-0), (2-2), (2-0), (5-1)


Valletta IZIBET temmew l-ewwel rawnd tal-Ewwel Diviżjoni waħedhom fil-
quċċata b’dik li tista’ titqies bħala l-aħjar prestazzjoni tal-istaġun. Fil-konfront dirett huma ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Marsaxlokk Brown’s Pharma 14-3, logħba li ġiet kompromessa mill-ewwel sessjoni li fiha Valletta rebħu 5-0. Il-gowls waslu minn Michele Stellini, Miguel Zammit, Andrea Bianchi, Niki Lanzon u Ryan Mock.

Wara li Zammit għamel l-iskor 6-0 fit-tieni sessjoni, Marsaxlokk dehru li setgħu jidħlu fil-logħba b’żewġ gowls konsekuttivi ta’ Joseph Galea u Stephen Micallef. Iżda Valletta daħlu jistrieħu 7-2 wara azzjoni bejn Michele Stellini, Niki Lanzon u Edward Aquilina, b’tal-aħħar jegħleb lil Ryan Coleiro.

B’distakk ta’ ħames gowls, Peter Borg u Niki Lanzon assiguraw mir-rebħa Beltija bl-uniċi żewġ gowls tat-tielet sessjoni. Il-kowċ Srdjan Lazarevic kellu wkoll l- opportunità li jserraħ lil plejers bħal Niki Lanzon u Michele Stellini. Madankollu l- wirja kollettiva ta’ Valletta kompliet fl-aħħar sessjoni.


Valletta: R. Sciortino, P. Borg (1), E. Aquilina (1), M. Stellini (1), A. Agius (1),
R. Mock (1), D. Paolella, A. Bianchi (1), N. Farrugia, M. Zammit (6), K. Galea, N. Lanzon (2), T. Micallef
Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Portelli, M. Martellacci, L. Saliba, T. Agius, B.
Lanzon, J. Galea (1), K. Cremona, S. Micallef (1), M. Pace, M. Cacici, O. Zammit (1), F. Buhagiar
Referees: Mario Dalli, Alex De Raffaele


OTTERS NIVEA………………………. 9
TA’ XBIEX………………………………. 9

(4-2), (3-2), (0-2), (2-3)


Gowl drammatiku tal-gowlkiper Miguel Vassallo evita telfa lil Ta’ Xbiex u
poġġiehom fit-tielet post f’logħba bilanċjata kontra Otters Nivea. Mertu għal Ta’ Xbiex li ssieltu biex irkupraw minn bidu ħażin iżda wara li marru minn fuq, ma għarfux iżommu l-vantaġġ.


Kienu Otters li bdew il-logħba bl-aħjar mod meta fetħu vantaġġ ta’ tliet gowls permezz ta’ doppjetta minn Luke Gialanze u Dominique Zahra. Ta’ Xbiex naqqsu d-distakk b’żewġ gowls iżda Otters temmew l-ewwel sessjoni 4-2 b’gowl ieħor ta’ Gialanze.


Otters kabbru l-vantaġġ għal tliet gowls fi tliet okkażjonijiet matul it-tieni sessjoni hekk kif sa dak il-ħin il-gowls ta’ Jacob Saliba u Matthew Mifsud ma kinux biżżejjed.
Iżda Ta’ Xbiex irnexxielhom jiskorjaw żewġ gowls mingħajr risposta fit-tielet sessjoni permezz ta’ Mark Carani u Niall Saliba. It-tim ta’ Chris D’Ugo saħansitra mar fil-vantaġġ fl-aħħar sessjoni b’penalty ta’ Carani u gowl ta’ Saliba.


Otters ġabu d-draw żewġ minuti mit-tmiem permezz ta’ Luke Hyzler u
rnexxielhom ukoll imorru minn fuq b’gowl ta’ Matthew Caruana Baluci seba’ sekondi mit-tmiem. It-tim Għawdxi ħaseb li se jikseb l-ewwel rebħa tal-istaġun
iżda kien proprju l-gowlkiper Miguel Vassallo li salva punt lil Ta’ Xbiex b’xutt minn nofs pitch.


Otters: M. Xerri, M. Lanzon, R. Caruana, L. Hyzler (2), E. Meli, L. Gialanze (4), K. Scicluna, G. Mizzi, D. Dimech, D. Zahra (2), D. Tully, S. Xerri, D. Spiteri, M. Caruana Baluci (1)
Ta’ Xbiex: M. Vassallo (1), M. Mifsud (1), R. Greco, D. Rizzo, F. Cutajar, M.
Demarco, M. Carani (3), N. Saliba (2), G. Sammut (1), N. Schiavone, S.
Azzopardi, M. Farrugia, J. Saliba (1)
Referees: Ronnie Spiteri, Stefan Licari

SAN ĠILJAN TUM INVEST…………. 15
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…………… 6
(4-0), (4-1), (2-2), (5-3)


San Ġiljan se jibdew it-tieni rawnd tal-Kampjonat Premier fil-quċċata u b’punti massimi. Din il-logħba kellha oriġinarjament tintlagħab fit-12 ta’ Awwissu li għadda iżda kienet ġiet posposta minħabba każ ta’ Covid-19 fi plejer li hu proprjetà tal-klabb Ġiljaniż.


Il-logħba kellha storja waħda, b’San Ġiljan jiddominaw u kien biss meta l-punti kienu ċerti fejn se jmorru li Birżebbuġa naqqsu d-distakk. Kollox beda meta sal- ewwel nofs tal-ewwel sessjoni, San Ġiljan kienu diġà fetħu vantaġġ ta’ erba’ gowls b’doppjetti ta’ Ben Plumpton u Andreas Galea.

Fit-tieni sessjoni spikka Mattias Ortoleva li skorja tlieta mill-erba’ gowls tat-tim tiegħu, hekk kif San Ġiljan kabbru l-vantaġġ għal 8-1. San Ġiljan komplew jamministraw il-logħba wara l-mistrieħ.
Birżebbuġa rnexxielhom iwettqu reazzjoni hekk kif baqgħu jippruvaw jilagħbu l- logħba tagħhom, b’Dorian Pisani jagħmel aktar rotazzjoni fit-tim Ġiljaniż.


Minkejja dan, San Ġiljan kabbru l-vantaġġ għal 13-6 u wara li Paul Serracino u Ben Grech naqqsu d-distakk, doppjetta ta’ Dino Zammit issiġillat ir-rebħa għal 15-6.


San Ġiljan: J. Tanti, K. Tanti, A. Galea (3), D. Ciantar, M. Mannino, M. Zammit (1), B. Plumpton (4), J. Bonavia (1), Z. Micallef, Da. Zammit, P. Fava, Di. Zammit (3), G. Vassallo, M. Ortoleva (3)
Birżebbuġa: M. Rossi, J. Farrugia, N. Cassar (1), D. Pace Lupi, C. Mifsud, P.
Serracino (1), S. Vassallo (2), D. Cutajar, M. Bonnici, M. Borg, R. Spiteri, S. Fava, M. Sladden, B. Grech (2), Z. Bartolo
Referees: Peter Balzan, Richard Magri