Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 26 każ ġdid, 53 ifiqu

Bejn it-Tnejn u t-Tlieta huwa 26 każ ġdid li ġew irreġistrati f’pajjiżna, filwaqt li 53 ifiqu minn din l-imxija, biex it-total ta’ dawk li fiequ huwa ta’ 1,453.

It-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 537 filwaqt li t-total ta’ każijiet minn mindu bdiet l-imxija f’Malta huwa ta’ 2,046.

Fid-dettalji li nħarġu mill-paġna ta’ Facebook tas-Saħħa ntqal li mill-każijiet tal-bieraħ 4 kellhom kuntatt ma’ każ magħruf mill-familja tagħhom, każ li ttieħed mix-xogħol, 2 minn social gatherings u 14-il każ huma sporadiċi, jiġifieri ma jafux minn fejn laqtu l-virus.

Fl-aħħar sigħat rajna li l-ammont ta’ swab tests naqas minn dawk li konna qed naraw fl-aħħar jiem, dan hekk kif l-ammont niżel taħt l-elfejn.