Lokali

Dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kumpanija involuta u aktar tard permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li jista’ jkun fih biċċiet tal-plastik żgħar.

Isem tal-prodott: Gregg’s Steak Bakes (pakkett ta’ 2)
Dati tad-durabbiltà: 20/12/2020; 22/12/2020; 23/12/2020
Kategorija: Prodott friżat

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.