Lokali

“Irridu nitgħallmu mill-iżbalji” – Frank Portelli

Kulħadd ibati minn kundizzjoni… iżda vittma tal-Covid ikun miet bil-Covid… u jekk l-individu ikun ħa il-virus mill-Isptar hija xi ħaġa inkwetanti ħafna ghaliex int meta tidħol l-isptar tippretendi li tirċievi l-kura u mhux tieħu l-marda. Li l-Gvern jaħbi dan il-fatt…hija ħaġa serja.

Hekk stqarr it-tabib Frank Portell meta kien intervistat minn Net News…fejn tkellem fost l-ohrajn anke dwar l-ftuħ tal-iskejjel.

Frank Portelli stqarr li rridu nitgħallmu mill-żball li sar meta ftaħna postijiet bħall-ajruporti u clubs ta’ divertiment… u stqarr li ma jaqbilx li l-iskejjel jinfetħu għalissa

Huwa semma’ kemm hu inkwetanti il-fatt li qed ikollna ħafna każi sporadiċi … minħabba l-fatt li ma tkunx tista’ taqbad minn fejn ikunu ġew dawn il-każi, bir-riskju li jkun hawn aktar persuni pozittivi li għadhom ma nqabdux

It-tabib Portelli tkellem ukoll dwar l-importanza li jsr l-iswabbing fl-ajruport fost dawk il-persuni kollha li ma jippreżentawx test negattiv li jkun sar sa 72 siegha qabel.

Frank Portelli għadda wkoll messaġġ sabiex wieħed dejjem joqgħod attent, jilbes il-maskra tal-wiċċ u jżomm id-distanza soċjali meta possibli sabiex jevita it-tixrid tal-Covid-19