Coronavirus Internazzjonali

Jiftħu numru ta’ skejjel fl-Italja u l-Ingilterra

Fl-Italja, numru ta’ istituti fetħu għall-ewwel darba wara li kienu waqfu ħesrem f’Marzu li għadda minhabba l-Coronavirus. Anke fl-Ingilterra, ghal hafna studenti illum fisser ir-ritorn fuq il-bankijiet tal-iskola, wara li l-Iskoċċiżi kienu ilhom minn nofs Awwissu li bdew is-sena akkademika.

Kuntrarju għall-Iskozja, l-awtoritajiet Taljani iddeċiedew li ma jimponux l-użu tal-maskri fl-iskejjel. Dan sakemm ikunu rispettati l-paramentri tad-distanzi soċjali.

It-test veru għas-sistema edukattiva Taljana se jkun fl-14 ta’ Settembru meta uffiċjalment jifthu l-iskejjel kollha. Għalkemm hemm ċertu reġjuni li ipposponew b’ġimgħa oħra l-bidu tas-sena skolastika.