Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic fit-tieni rawnd tal-Open tal-Istati Uniti

In-numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic għadda għat-tieni rawnd tal-Open tal-Istati Uniti wara li għeleb lil Damir Dzumhur 6-1 6-4 6-1. Djokovic jinsab fit-tellieqa biex jirbaħ it-18-il Grand Slam, hekk kif l-ikbar kompetituri tiegħu Rafael Nadal u Roger Federer mhux qed jikkompetu. It-tennisti l-iktar li jistaw joħolqu diffikultà lil Djokovic huma Alexander Zverev u Stefanos Tsitipas.

Djokovic se jilgħab kontra Kyle Edmund fit-tieni rawnd tal-kompetizzjoni, wara li Edmund għeleb lil Alexander Bublik. Dan se jkun konfront iebes għalih hekk kif Djokovic rebaħ il-partiti kollha ta’ din is-sena.

Zverev kellhu logħba iebsa kontra l-Afrikan Kevin Anderson imma rebaħ il-partita 7-6 (7-2) 5-7 6-3 7-5 biex għadda għar-rawnd li jmiss.  Tsitsipas però ma sab l-ebda diffikultà jelimina lil Alberto Ramos Vinolas bl-iskors ta’ 6-2 6-1 6-1. Hu se jaffaċja lill-Amerikan Maxime Cressy filwaqt li Zverev se jilgħab kontra Brandon Nakashima.

Mill-kompetizzjoni tan-nisa, Naomi Osaka għelbet lil Misaki Doi, kif ukoll Karolina Pliskova u Petra Kvitova għaddew għar-rawnd li jmiss.