Iċ-ċiklist ta’ Jumbo-Visma Primoz Roglic rebaħ ir-raba’ stadju tat-Tour de France. Julian Alaphilippe żamm dak li hu meqjus bħala l-yellow jersey, li jirreferi għal dak iċ-ċiklist li jinsab fil-quċċata tal-klassifika ġenerali u lesta l-istadji kollha tat-tour.
Krists Neilands kien fuq quddiem tat-tellieqa, qabel l-aħħar telgħa niżżlitu fil-ħames post. Il-favoriti kollha kienu fuq quddiem, qabel Roglic irnexxielu jaqbeż lil Tadej Pogacar u żamm postu fl-ewwel post.
Dan l-istadju kien twil 160.5 kilometru minn Sisteron sa Orcieres-Merlette fi Franza.
Kif spiċċaw: 1. Primoz Roglic (Slo/Jumbo-Visma) 4hrs 07mins 47secs, 2. Tadej Pogacar (Slo/UAE Team Emirates) Same time, 3. Guillaume Martin (Fra/Cofidis), 4. Nairo Quintana (Col/Arkea-Samsic), 5. Julian Alaphilippe (Fra/Deceuninck-Quick-Step), 6. Miguel Angel Lopez (Spa/Astana), 7. Egan Bernal (Col/Ineos Grenadiers), 8. Thibaut Pinot (Fra/Groupama-FDJ), 9. Mikel Landa (Spa/Bahrain McLaren), 10. Adam Yates (GB/Mitchelton-Scott).
Klassifika Ġenerali: 1. Julian Alaphilippe (Fra/Deceuninck-Quick-Step) 18hrs 07mins 04secs, 2. Adam Yates (GB/Mitchelton-Scott) +4secs, 3. Primoz Roglic (Slo/Jumbo-Visma) +7secs, 4. Tadej Pogacar (Slo/UAE Team Emirates) +11secs, 5. Guillaume Martin (Fra/Cofidis) +13secs, 6. Egan Bernal (Col/Ineos Grenadiers) +17secs, 7. Tom Dumoulin (Ned/Jumbo-Visma) Same time, 8. Esteban Chaves (Col/Mitchelton-Scott), 9. Nairo Quintana (Col/Arkea-Samsic), 10. Miguel Angel Lopez (Col/Astana)
//= $special ?>