RB Leipzig huma l-ewwel tim fil-Bundesliga li se jilqa’ l-ispettaturi fl-istadju, b’massimu ta’ 8,500 persuna, ikkonfermata mill-awtorità tas-saħħa tal-lokal.
Leipzig se jilgħabu l-ewwel logħba tal-kampjonat Ġermaniż kontra Mainz 05 fl-20 ta’ Settembru, u n-nies se jkunu aċċettati jekk il-każijiet tal-coronavirus fil-lokal jibqgħu bir-rata stabbli li huma bħalissa. L-udjenza se jkunu kollha libsin maskra u se jpoġġu fi gruppi żgħar madwar l-istadju kollhu. Il-persuni jridu jkunu joqgħodu fil-post, jiġifieri mhux se jkunu aċċettati nies minn raħal ieħor.
Is-sindku ta’ Leipzig qal li b’dan il-pass, se jipprovaw jimxu lejn in-normalita, u fejn hu possibli, taħt restrizzjonijiet stretti, n-nies iridu jirritornaw għar-rutina tagħhom.
//= $special ?>