Lokali

Theuma jgħaddi minn intervent fuq qalbu

Fl-isptar Mater Dei sar intervent kirurgiku fuq Melvin Theuma, il-middleman implikat fl-assassinju tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia…u li kien inghata l-mahfra Presidenzjali biex jaghti l-informazzjoni kollha li kellu.

Kif zvela Net News nhar il-Hadd li ghadda… il-middleman iddahhal Mater Dei wara li hassu dghajjef.

Ftit wara li hrigna din l-aħbar, waslet il-konferma minn naħa tal-Korp tal-Pulizija. L-istqarrija mid-Depot kienet tgħid li Melvin Theuma iddaħħal Mater Dei għal kura li m’għandhiex x’taqsam mal-każ li kien seħħ f’Lulju.

Intqal ukoll illi Melvin Theuma kellu jinżamm l-isptar għal aktar attenzjoni medika. Meta saru aktar ezamijiet, it-tobba ikkonkludew li kellu jsir intervent fuq Theuma biex issirlu molla f’qalbu. L-operazzjoni jidher li kienet success.

Ix-xahar li għadda, Theuma kien qatta’ xejn naqas minn 17-il jum f’Mater Dei wara li allegatament prova jweġġa’ lilu nnifsu.

Sorsi minn Mater Dei qalulna li Melvin Theuma jinsab imdawwra b’sigurta’ kbira, u mhu qed jithalla jkellem lil hadd – ghajr il-professjonisti medici.