Lokali

Carmen Sammut tibda tmexxi l-Bord tal-PBS

Il-Professur Carmen Sammut inħatret Chairperson tal-PBS. Dan kien konfermat mill-Gvern fi stqarrija.

Id-Diretturi l-ġodda tal-Bord se jkunu Maria Brown, Ray Calleja, Jeremy Camilleri, Engelbert Grech, Albert Marshall, Marthese Portelli, Oliver Scicluna u Adriana Zarb Adami.

Intant fi stqarrija, il-kelliem tal-PN għall-media Therese Comodini Cachia qalet li din kienet opportunità mitlufa. Hi insistiet li dawn il-manuvri jikkonfermaw li l-PBS mhux se jkun indipendenti u imparzjali.