Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Jiżdiedu bi 22 il-każi

Huma 22 l-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna, każi li ġew ittestjati pożittivi fl-aħħar 24 siegħa. Dan ifisser li l-każi totali minn Marzu ‘l hawn żiedu għal 2,068 filwaqt li l-każi attivi huma dawk ta’ 521.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa tħabbar ukoll li fiequ 37 persuna oħra filwaqt li ntqal li mill-każi mħabbra tul il-jum tat-Tlieta, 6 kienu qraba ta’ persuni li diġà ttestjaw pożittiv għal virus, 3 kienu kollegi fuq il-post tax-xogħol ta’ persuni pożittivi, każ impurtat, każ ieħor kellu kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva filwaqt li każ ieħor kellu x’jaqsam ma’ attività soċjali.

Ta’ min wieħed jinnota li n-numri ta’ każi totali u każi attivi preżentati minn din il-kamra tal-aħbarijiet għandhom inkluż ukoll ċ-ċifri tal-immigranti rregolari f’pajjiżna li ttestjaw fil-pożittiv – ċifri li l-Gvern Malti elimina totalment mir-rassenja tiegħu.