Futbol Sport

Everton ferm viċin li jiksbu l-firma ta’ James Rodriguez

It-tim tal-Premier League Everton fis-sigħat li ġejjin mistennija jiksbu l-firma tal-midfielder Kolumbjan James Rodriguez mingħand Real Madrid.

Everton mistennija jħallsu s-somma ta’ 20 miljun sterlina għall-midfielder ta’ 29 sena. Din mhix se tkun l-ewwel esperjenza ta’ Rodriguez taħt it-tmexxija ta’ Carlo Ancelotti hekk kif kien miegħu kemm ma’ Real Madrid kif ukoll ma’ Bayern Munich.

F’dan is-suq tat-trasferimenti Everton qed iħarsu li jsaħħu l-iskwadra tagħhom b’numru ta’ akkwisti fejn diġa laħqu ftehim ma’ Watfrod dwar il-midfielder Abdoulaye Doucoure u jinsabu wkoll viċin li jakkwistu lill-midfielder ta’ Napoli Allan.