Lokali

Il-Professjonisti Legali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jagħżlu l-UĦM Voice of the Workers

Il-Professjonisti Legali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ssieħbu mal-UĦM Voice of the Workers.

Dan tħabbar mill-UĦM stess fejn spjegat li ngħatat l-għarfien ewlieni tal-Avukati u l-Prokuraturi Legali li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-unjin saħqet li issa li ngħata dan l-għarfien imiss il-pass li l-maniġment tal-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali jpoġġi madwar mejda mal-Union sabiex dawn il-professjonisti jibdew jingħataw kundizzjonijiet xierqa.

Ġie spjegat li l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali fix-xhur li ġejjin se jkun għaddej minn riforma sħiħa fejn ser jinbidel in-natura tax-xogħol u għaldaqstant din it-tibdila titlob titjib ukoll fil-kundizzjonijiet u fil-pagi.

Il-UĦM Voice of the Workers saħqet li se taħdem bis-sħiħ biex f’qasir żmien jintlaħaq ftehim fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema.