Internazzjonali

Imut Duch, uffiċjal tal-Khmer Rouge responsabbli għall-ġenoċidju tal-Kambodja

Ritratt Asia Times

Miet fi sptar fil-Kambodja ir-raġel li mexxa sistema ta’ ħabs responsabbli għall-qtil ta’ eluf ta’ persuni fl-istess pajjiż.

Kaing Guek Eav, jew Duch kif kien magħruf, kien responsabbli għal sistema tar-reġim tal-Kambodja li kienet tittortura u toqtol l-eluf ta’ nies fuq ordni tal-Khmer Rouge.

Duch miet illum wara li kellu diffikultà jieħu n-nifs, qalu l-awtoritajiet.

Hu kien qed iservi sentenza ta’ għomor il-ħabs fuq reati tal-gwerra u kontra l-umanità meta kien jagħmel parti mill-partit politiku totalitarju li kien imexxi lill-pajjiż, u kien l-ewwel membru għoli tal-Khmer Rouge li ttieħed quddiem Tribunal tan-Nazzjionijiet Uniti lura fl-2009, meta r-reġim tal-Kambodja kien qed jiffaċċja akkużi għall-ġenoċidju li wettaq fis-sebgħinijiet.

Duch kien wieħed mill-ftit li assuma fuqu parti mir-responsabbiltà tal-azzjionijiet tiegħu.