Internazzjonali

Jingħata bidu għal ġuri ta’ Charlie Hebdo

F’Pariġi beda l-ġuri tat-terroristi li kienu l-moħħ wara l-attakk qattiel fuq il-binja tar-rivista satirika Charlie Hebdo – attakk li kien seħħ f’Jannar ta’ ħames snin.

B’kollox kienu 14-il persuni akkużati b’dan l-att li kien ħasad mhux biss lill-poplu Franciz, iżda lill-kumpalment tad-dinja. Tlieta mill-irġiel qed jgħaddu ġuri in absentia. Il-proċeduri kollha fil-Qorti qed ikunu ffilmjati u imxandra, minħabba dak li l-imħallfin qed isejjħulu “kapitlu importanti” fl-istorja tal-Pariġini.

It-terroristi kienu qatlu 17-il persuna, f’waħda mill-aktar ġranet suwed għall-kapitali Franċiża fejn b’reazzjoni għal din it-traġedja, miljuni ta’ persuni kienu niżlu fit-toroq Franċiżi fi protesti ta’ solidarjetà.