Futbol Sport

Magħruf il-kalendarju tas-Serie A għall-istaġun 2020/21

Aktar kmieni waranofsinhar tħabbar il-kalendarju tal-partiti tas-Serie A għall-istaġun 2020/21. L-aktar logħba li tispikka fl-ewwel ġurnata hija bejn Lazio u Atalanta, biż-żewġ timijiet fl-istaġun li għadda kienu ta’ sfida denja għal Juventus. Iċ-champions Juventus min naħa tagħhom taħt il-gwida tal-kowċ il-ġdid Andrea Pirlo jiftħu l-istaġun f’darhom kontra Sampdoria.

Inter jilgħabu barra minn darhom għand it-tim neo promoss Benevento filwaqt li Milan li dan l-istaġun se jkollhom bosta aspirazzjonijiet jiftħu l-istaġun f’darhom kontra Bologna. L-istaġun tas-Serie A se jibda bejn l-20 u jiġi fi tmiemu fit-23 ta’ Mejju.

Serie A

L-ewwel ġurnata: Udinese-Spezia, Fiorentina-Torino, Genoa-Crotone, Sassuolo-Cagliari, Milan-Bologna, Parma-Napoli, Verona-Roma, Juventus-Sampdoria, Benevento-Inter, Lazio-Atalanta