Lokali

Marki ġodda f’żona protetta

Minn investigazzjoni li saret jidher li dawn ma jitilqux faċilment.

Wara rapporti li saru dwar marki blu li saru fuq blat f’żona protetta ġie kkonfermat li dawn l-istess marki ma jitilqux faċilment hekk kif iż-żebgħa ma tinħasilx.

Dan kien konfermat minn Nature Trust Malta wara żebgħa li ġiet innotata f’Pembroke Natura 2000. Hemm biża’ li din iż-żebgħa kapaċi tagħmel il-ħsara biex titneħħa.

Għad mhux magħruf min hi l-persuna jew persuni li għamlu dawn il-marki. Jekk wieħed għandu xi informazzjoni dwar dan għandu minnufih jikkuntatja lil ERA fuq 2292 3500 jew 9921 0404 jew ukoll fuq l-email info@naturetrustmalta.org.