Lokali

Melvin Theuma rilaxxat mill-Isptar

Melvin Theuma, il-middleman involut fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, kien rilaxxar mill-Isptar Mater Dei wara kważi erbat ijiem minn meta ddaħal l-Isptar għall-attenzjoni medika.

Ir-rilaxx ta’ Theuma kien ikkonfermat mill-Pulizija, fi stqarrija qasira, għalkemm il-Korp baqa’ ma ta l-ebda dettalji dwar ir-raġuni għaliex hu kien qed jiġi rikoverat.

Madankollu, NET News diġà żvela li l-Ħadd, hu ddaħħal l-Isptar għax ħassu dgħajjef. Umbagħad, ilbieraħ, sarlu intervent kirurġiku.

Fil-jiem li għaddew, il-Pulizija qalet biss li d-dħul ta’ Melvin Theuma fl-Isptar mhix relatata mad-daħla tiegħu f’Lulju, meta kien allegatament weġġa’ lilu nnifsu.

Ikkummenta