Sport Waterpolo

Neptunes jegħlbu lil Sliema għat-tieni darba f’ġimgħa

Stewart Said

NEPTUNES…………………………. 14

SLIEMA FRANK SALT……….. 8

(3-2), (3-2), (5-0), (3-4)

Neptunes kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva kontra Sliema Frank Salt fi spazju ta’ ġimgħa. Wara r-rebħa ta’ 14-4, kienet l-aħħar sessjoni li evitat riżultat simili. L-aħħar sessjoni bdiet b’riżultat ta’ 11-4, b’Sliema jevitaw telfa umiljanti.

Neptunes irkupraw mit-telfa kontra San Ġiljan bi prestazzjoni li fiha urew il-kwalità. Sliema donnhom tilfu l-aggressività li kellhom aktar kmieni fl-istaġun u mhux qed ikunu determinati biżżejjed fl-ilma.

Neptunes bnew vantaġġ ta’ tliet gowls b’doppjetta ta’ Stevie Camilleri u gowl bejniethom ta’ ħuh Jordan Camilleri. Doppjetta ta’ Michael Spiteri Staines żammet lil Sliema fil-logħba.

James Spiteri Staines għamel l-iskor 4-2 sakemm Sliema rnexxielhom jikkanċellaw l-iżvantaġġ permezz ta’ Nicholas Bugelli u gowl mis-centre ta’ Jerome Gabarretta. Madankollu Jake Muscat u Stevie Camilleri daħħlu lil Neptunes jistrieħu 6-4 fil-vantaġġ.

Fit-tielet sessjoni, Neptunes iddominaw u ġabu fix-xejn lil Sliema filwaqt li aċċertaw minn rebħa oħra kontra l-ġirien. Doppjetta taż-żagħżugħ Muscat wittiet it-triq għal distakk kbir ta’ seba’ gowls fi tmiem it-tielet sessjoni.

Jekk ma setgħux jevitaw it-telfa, Sliema riedu tal-anqas li jevitaw telfa oħra umiljanti. It-tim ta’ Sergio Afric beda jittama li seta’ jsalva l-logħba bi tliet gowls konsekuttivi ta’ Mark Meli, Bugelli u Spiteri Staines.

Iżda gowl minn angolu ristrett ta’ Gabriel Pace kkonferma r-rebħa, b’Neptunes jibqgħu jikkontrollaw l-aħħar minuti.

Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (3), L. Calleja, G. Pace (1), S. Busuttil, J. Spiteri Staines (2), S. Camilleri (5), J. Camilleri (2), J. Abela, N. Zammit (1), S. Stellini, S. Gialanze, B. Busuttil, M. Castillo, M. Farrugia

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (1), L. Galea, J. Sciberras, M. Meli (1), B. Cachia (1), M. Spiteri Staines (3), J. Soler, J. Brownrigg, Z. Mizzi, N. Bugelli (2), Z. Sciberras

Referees: Massimo Angileri, Mario Dalli

Rebħiet missielta għal M’skala u M’xlokk

MARSASKALA FISH AND FISH….. 10

OTTERS NIVEA…………………………….. 9

(5-2), (2-3), (2-3), (1-1)

Marsaskala Fish and Fish telgħu fit-tielet post tal-klassifika b’rebħa missielta kontra Otters Nivea. Importanti għalihom kien il-vantaġġ li kisbu fl-ewwel sessjoni, liema distakk għamilha diffiċli għal Otters biex jirkupraw.

Kienu l-gowls ta’ Jean Claude Cutajar, Kyle Navarro u Max Aquilina li taw vantaġġ tajjeb ta’ 5-2 lil Marsaskala. Navarro żied gowl ieħor fit-tieni sessjoni iżda Otters wettqu reazzjoni u daħlu fil-logħba b’doppjetta ta’ Luke Gialanze u Dominique Zahra.

Minkejja li Aquilina għamilhom 7-5, Otters ġabu d-draw fit-tielet sessjoni b’gowls ta’ Marc Lanzon u r-raba’ gowl ta’ Gialanze. Marsaskala bdew l-aħħar sessjoni 9-8 minn fuq. Xutt sabiħ ta’ Ayrton Camenzuli rdoppja l-vantaġġ iżda Zahra ħalla lil Otters jittamaw. Fl-aħħar azzjoni tal-logħba, Otters saħansitra attakkaw permezz tal-gowlkiper Daniel Spiteri iżda Marsaskala ddefendew għal rebħa prezzjuża.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli (1), P. Privitera, M. Aquilina (2), L. Grixti, K. Navarro (3), M. Manara (1), L. Felice, G. Galea, R. Attard, M. Chircop (1), A. Muscat, D. Camilleri, L. Grech Carr (1)

Otters: M. Xerri, M. Lanzon (2), R. Caruana, L. Hyzler, E. Meli, L. Gialanze (4), K. Scicluna, G. Mizzi, D. Dimech, D. Zahra (2), D. Tully, S. Xerri, D. Spiteri, M. Caruana Baluci

Referees: Alex De Raffaele, Richard Magri

MARSAXLOKK BROWN’S……….. 11

TA’ XBIEX………………………………….. 8

(0-1), (3-3), (3-2), (5-3)

Marsaxlokk Brown’s irritornaw għar-rebħ wara t-telfa kontra Valletta. Bi prestazzjoni li tjiebet fit-tieni parti tal-logħba, għelbu l-isfida taż-żgħażagħ ta’ Ta’ Xbiex biex laħqu lil Valletta fil-quċċata għalkemm b’logħba aktar.

Kien Mark Carani li poġġa lil Ta’ Xbiex fil-vantaġġ bl-uniku gowl tal-ewwel sessjoni. Matthew Mifsud irdoppja u kellhom jgħaddu kważi sessjoni u nofs biex Marsaxlokk sabu x-xibka permezz ta’ Timmy Agius, bl-istess plejer iġib id-draw wara azzjoni maħduma tajba.

Ta’ Xbiex reġgħu ħadu vantaġġ doppju sakemm Luke Saliba naqqas id-distakk. Marsaxlokk irnexxielhom imorru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fit-tielet sessjoni bi tliet gowls konsekuttivi. Iżda din id-darba kien imiss lil Ta’ Xbiex li jirkupraw żvantaġġ doppju.

Madankollu x-Xlukkajri rnexxielhom jiftħu vantaġġ li kien determinanti hekk kif permezz ta’ doppjetta ta’ Timmy Agius u gowl ta’ Stephen Micallef marru 9-6 fil-vantaġġ. Fl-aħħar minuti, Ta’ Xbiex pruvaw li jsalvaw il-logħba iżda kien il-gowl taż-żagħżugħ Kyle Cremona li assigura r-rebħa għal Marsaxlokk.

Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Portelli, M. Martellacci, L. Saliba (2), T. Agius (5), B. Lanzon, J. Galea, K. Cremona (2), S. Micallef (2), M. Pace, M. Cacici, O. Zammit, F. Buhagiar

Ta’ Xbiex: M. Vassallo, M. Mifsud (1), R. Greco (2), D. Rizzo (1), F. Cutajar, M. Demarco, M. Carani (2), N. Saliba (1), G. Sammut, N. Schiavone (1), S. Azzopardi, M. Farrugia, A. Mifsud, J. Saliba

Referees: Peter Balzan, Neville Mercieca