Coronavirus Futbol Sport

Neymar pożittiv għall-coronavirus

Il-winger Brażiljan Neymar huwa wieħed minn tliet plejers ta’ PSG li rriżultaw pożittiv għall-coronavirus. Rapporti fil-ġurnal Franċiż L’Equipe qed jgħidu li Neymar fl-aħħar jiem kien fuq btala f’Ibiza fi Spanja.

Minkejja li l-kampjonat tal-Ligue 1 diġa beda, PSG għadhom ma lagħbux minħabba l-impenji tagħhom fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Bayern Munich. Numru ta’ plejers fl-aħħar jiem irriżultaw pożittiv għal dan il-virus fi Franza bit-tim ta’ Marseille jkun kostrett jipposponi xi partiti.

PSG jirritornaw biex jiddefendu t-titlu tagħhom tal-Ligue 1 kontra Lens fl-10 ta’ Settembru, b’rapporti fi Franza jindikaw li ż-żewġ plejers l-oħra li rriżultaw pożittivi huma Leandra Paredes u Angel di Maria.