Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq kontejner

Raġel ta’ 52 sena mill-Fgura sofra feriti gravi wara li waqa’ minn għoli f’Ta’ Qali.

Jirriżulta li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol meta, għall-ħabta tad-9.15am, hu waqa’ minn fuq kontejner.

Minbarra l-Pulizija, fil-post wasal ukoll tim mediku b’Ambulanza. Ir-raġel ittieħed l-Isptar għal aktar kura, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.