Lokali

RITRATTI: Trailer jinqata’ minn maż-żiemel f’Ħal Luqa

Ħadd ma weġġa’ f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi ħafna aktar gravi, fi Triq Ħal Qormi f’Ħal Luqa, fejn trailer inqata’ minn maż-żiemel li kien qed iġorru.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.35pm, meta l-vettura propjetà ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni kienet għaddejja mit-triq u, għal xi raġuni, iż-żewġ naħat infirdu. It-trailer kien mimli b’għadd ta’ planki tal-konkos, għaddej minn .triq ewlenjij

Normalment din it-triq tkun mimlija bil-karozzi. Kien għalhekk li persuna li tkellmet ma’ NET News qalet li kieku dak il-ħin inzertat għaddejja karozza, żgur li l-sitwazzjoni kienet tkun ferm agħar.

Sadanittant, kawża ta’ dan l-inċident, il-Pulizija kellha tagħlaq biċċa mit-triq biex ikun jista’ jsir it-tindif u t-tneħħija tal-konkos li waqa’.