Coronavirus Futbol Sport

Silvio Berlusconi pożittiv għall-coronavirus

Is-sid ta’ Monza u ex president ta’ Milan Silvio Berlusconi rriżulta pożittiv għall-coronavirus wara li sarlu t-test fl-aħħar jiem. Fil-25 ta’ Awwissu li għadda Belusconi diġa sarlu test ieħor fejn dakinhar irriżulta fin-negattiv.

Berlusconi li għandu 83 sena jinsab iżolat u l-każ tiegħu huwa wieħed asintomatiku. Minbarra li kien involut fil-futbol, Berlusconi kien ukoll Prim Ministru tal-Italja għal disa’ snin sħaħ. Hu ħabbar li se jkompli jkun involut fil-kampanja elettorali għall-Kunsilli Lokali li ser issir aktar tard dan ix-xahar.