Futbol Sport

Silvio Vella jsejjaħ l-iskwadra finali għall-impenji kontra l-Irlanda ta’ Fuq u r-Rumanija

(Ritratt: Joe Borg)

Il-kowċ nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella sejjaħ skwadra ta’ 23 plejer għaż-żewġ impenji f’pajjiżna kontra l-Irlanda ta’ Fuq il-Ġimgħa u kontra r-Rumanija t-Tlieta li ġej fis-Centenary Stadium. Dawn iż-żewġ logħbiet huma parti minn Grupp 8 mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew.

Kwart mill-plejers f’din l-iskwadra ssejħu għall-ewwel darba. Dawn huma l-gowlkiper Duncan Formosa, Carlo Zammit Lonardelli, Matthew Ellul, Adam Magri Overend, Alex Satariano u Andrei Spiteri.

Fatt interessanti hu li l-gowlkiper Andreas Vella, Jean Borg, Matthew Guillaumier, Shaun Dimech u Paul Mbong mhumiex parti minn l-iskwadra minħabba li ġew magħżula fl-iskwadra ewlenija ta’ Devis Mangia.

Dan l-impenji se jkunu l-ewwel appuntament taż-żgħażagħ Maltin f’pajjiżna f’dan il-grupp. Sa issa t-tim ta’ Silvio Vella kiseb punt minn erba’ logħbiet fi draw kontra l-Irlanda ta’ Fuq. Iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu bil-bibien magħluqa u jibdew fis-6.00pm.

Skwadra finali

Gowlkipers: Duncan Formosa (St. Andrews), Timmy Aquilina (Sliema Wanderers), Cain Formosa (San Ġwann)

Difensuri: Gary Camilleri (Balzan), Dejan Debono (Mosta), Nicholas Pulis (Valletta), Carlo Zammit Lonardelli (Fidelis Andria), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Matthew Ellul (Hibernians)

Midfielders: Zachary Karl Grech (Hibernians), Adam Magri Overend (Santa Lucia), Connor Zammit (Hibernians), Alexander Satariano (Sliema Wanderers), Neil Frendo (Balzan), Jamie Zerafa (Santa Lucia), David Xuereb (Hibernians), Ayrton Attard (Hibernians)

Attakkanti: Jan Busuttil (Floriana), Myles Beerman (Hibernians), Aidan Jake Friggieri (Gudja United), Nevin Portelli (Gżira United), Andrei Spiteri (Mosta), Zachary Brincat (Mosta)