Immigrant mis-Sudan li kien qiegħed jinżamm fiċ-ċentru magħluq ta’ Ħal Far miet l-Erbgħa filgħodu fl-Isptar Mater Dei.
Dan tħabbar mill-Ministeru għall-Intern fejn intqal li dan il-persuna korra hekk kif waqa’ minn ma’ reċint waqt li kien qiegħed jipprova jaħrab ftit wara l-05:00 ta’ filgħodu.
Ir-raġel ingħata assistenza medika mill-infermiera taċ-ċentru sakemm waslet l-ambulanza u ttieħed lejn l-isptar. Huwa ġie ċċertifikat mejjet għall-ħabta tal-11:15 ta’ filgħodu.
//= $special ?>