Lokali

Ta s-salt u ħarab mill-karozza tal-Pulizija

Ritratt: Mill-Arkivji
Il-persuna għadha qed tiġi mfittxa mill-Pulizija.

Sudaniż ta’ 27 sena ta s-salt u ħarab mill-karozza tal-Pulizija waqt li kien qed jiġi eskortat mill-Qorti għall-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Kien għall-ħabta tal-5.30 ta’ waranofsinhar meta waqt li l-vettura keient qiegħda fi Triq Aldo Moro, il-Marsa, is-Sudaniż qabad u ħarab.

Il-Pulizija tad-Distrett u dawk mir-Rapid Intervention Unit jinsabu għaddejjin għal din il-persuna.