Internazzjonali

Tissokta t-taqtigħa għall-elezzjoni fil-Ġappun

Issa uffiċjali, Yoshihide Suga xeħet in-nomina tiegħu sabiex jieħu post Shinzo Abe fit-tmun tal-Ġappun. Dan hekk kif wara 8 snin ta’ tmexxija, Abe ħasad lil kulħadd meta ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jirreżenja minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Suga, li kien imexxi s-Segretarjat tal-kabinett tal-Prim Ministru Ġappuniż, huwa l-favorit qalb is-sostenituri tal-partit fil-Gvern sabiex jieħu t-tmexxija f’idejh.

Dan ghaliex qed jiġi kkunsidrat bħala l-kandidat ideali għal kontinwità …..bit-taqtigħa sa issa tinvolvi biss lill-eks Ministru għad-Difiża u kritiku qawwi ta’ Abe, Shigeru Ishima, u l-eks Ministru għall-Affarijiet Barranin Fumio Kishida.