Sport Sport Ieħor

Van Aert jirbaħ il-ħames stadju tat-Tour de France

Iċ-ċiklist ta’ Jumbo Wout van Aert rebaħ il-ħames stadju tat-Tour de France wara li rkupra tajjeb lejn l-aħħar kilometri.

L-Irlandiż Sam Bennett rebaħ il-flokk l-aħdar wara li temm fit-tielet post fit-tellieqa tal-lum, biex b’hekk sar l-ewwel Irlandiż li kiseb dan il-flokk f’dan it-Tour wara 31 sena.

Fi stadju nieqes mill-azzjoni, ra l-kompetizzjoni tiżvolġi lejn it-tmiem minkejja kundizzjonijiet tat-temp pjuttost diffiċli. It-Tour de France jkompli għada bis-sitt stadju fuq distanza ta’ 191km minn Le Teil għal Mont Aigoual.