Raġel ta’ 64 sena u mara ta’ 23 sena it-tnejn minn Ħal Qormi ttieħdu b’urġenza l-isptar Mater Dei wara li ġarrbu xi ġrieħi f’inċident li seħħ atkar kmieni llum.
Minn informazzjoni li tawna l-Pulizija, jirriżulta li r-raġel kien qed isuq karozza tat-tip Suzuki Swift fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl li hemm fit-triq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45am u fil-post waslu immedjatament membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll ħaddiema tal-Enemalta biex jassiguraw li ma kienx hemm periklu mill-arblu tad-dawl.
Tim mediku li wkoll wasal fil-post ftit tal-ħin wara l-inċident ħa lis-sewwieq u lill-passiġġiera l-isptar għall-kura.
Sa issa, l-qagħda tagħhom għada mhix magħrufa.
//= $special ?>