Sport Sport Ieħor

Alexey Lutsenko jirbaħ is-sitt stadju tat-Tour de France

Iċ-ċiklista ta’ UCI WorldTeam Astana Alexey Lutsenko rebaħ is-sitt stadju fit-Tour de France li sar fuq distanza ta’ 191 km bejn Le Teil u Mont Aigoual wara li ħa l-kmand tat-tellieqa 17 -il kilometru minn tmiem it-tellieqa. Fit-tieni post temm Jesus Herrada filwaqt li fit-tielet post daħal Greg van Avermaet.

Dan filwaqt li ċ-ċiklist Brittaniku Adam Yates żamm il-flokk l-isfar

Is-seba’ stadju jkompli għada b’distanza ta’ 168km minn Millau sa Lavaur fejn dan se jkun l-istadju qabel maċ-ċiklisti jmorru fuq il-muntanji Pyrenees.