Futbol Sport

Chelsea jilħqu ftehim ma’ Bayer Leverkusen dwar Kai Havertz

Chelsea laħqu ftehim ma’ Bayer Leverkusen dwar is-somma ta’ €100 miljun għal midfielder Kai Havertz. Chelsea ilhom għall-aħħar ġimgħat f’diskussjonijiet ma’ Leverkusen biex jakkwistaw lil Havertz.

Il-midfielder ta’ 21 sena se jagħmel it-testijiet mediċi ma’ Chelsea wara l-partiti mat-tim nazzjonali Ġermaniż mill-UEFA Nations League kontra Spanja u l-Iżvizzera.

L-akkwist ta’ Havertz se jkun is-seba’ wieħed għat-tim ta’ Frank Lampard f’dan is-suq tat-trasferimenti wara li diġa akkwistaw lil Timo Werner, Hakim Ziyech, Ben Chilwell, Thiago Silva, Malang Sarr u Xavier Mbuyamba.

Matul l-esperjenza tiegħu ma’ Leverkusen, Kai Havertz lagħab 118 -il partita fejn skorja 36 gowl u ta 25 assist.