Formula 1 Sport

Claire Williams se tirtira mill-Formula 1 wara l-Grand Prix ta’ Monza

Claire Williams permezz ħabbret li se tkun qed tirtira minn Deputat Prinċipal tat-tim Williams wara l-Grand Prix ta’ Monza li se jsir fi tmiem din il-ġimgħa. Dan ifisser li l-familja Williams se ttemm l-involviment tagħha fil-Formula 1. Claire Williams qalet li jiddispjaċiha ferm li kellha tieħu din id-deċiżjoni għaliex kienet tittama li setgħat twassal lit-tim fil-futur.

Hi qalet li t-tim ma rnexxielux jattira investiment ġdid aktar kmieni din is-sena minħabba bosta raġunijiet, bit-tim ikollu jinbiegħ lil Dorilton Capital. Williams żiedet tgħid li l-familja tagħha dejjem poġġew l-interess tal-ħaddiema u tat-tim l-ewwel u li din kienet l-aħjar deċiżjoni.

Minkejja li s-sidien l-ġodda xtaqu li Williams tibqa tokkupa l-kariga tagħha, hi ddeċidiet li twarrab biex tagħti opportunità lil Dorilton Capital jaħdmu fil-libertà. Claire Williams kienet ila sa minn meta kienet żgħira nvoluta fil-Formula 1, fejn fl-2013 ħadet il-kariga ta’ Deputat Prinċipal fejn baqgħet tokkupa l-kariga sal-lum.