Lokali

COVID-19: 44 każ ġdid, 38 ifiqu

Fl-aħħar 24 siegħa, pajjiżna rreġistra 44 każ ġdid ta’ Covid-19… li għaxra minnhom huma każi ta’ immigranti

Dan filwaqt li fiequ 38 persuna.

Filwaqt li dawn il-każi l-ġodda għadhom qed jiġu investigati…. mill-każi tal-Erbgħa, 6 persuni huma qraba ta’ każijiet pożittivi li diġa’ kienu konfermati, 2 ħadu dan il-virus minn fuq il-post tax-xogħol , 3 każi minn kuntatt dirett ma’ każi pożittivi..u xejn anqas minn 11 il-każ kienu sporadiċi – jiġifieri ma jafux minn fejn ħadu l-virus.