Sport Sport Ieħor

Gianluca Dingli jirritorna f’pajjiżna minn Lonato fejn ikkompeta fit-tielet rawnd tar-Rok Cup Italia

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli rritornaw f’pajjiżna minn Lonato wara li kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. It-tlielaq li saru fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet rat lil Dingli jikkompeti fil-klassi Super Rok ma’ sewwieqa minn 14 –il pajjiżi differenti, b’Dingli jkun l-uniku Malti.

Dingli saq mat-tim Taljan Valtex Racing Team fejn fil-provi temm fit-12 –il post filwaqt li rnexxielu javvanza erba’ postijiet. Fl-ewwel tellieqa uffiċjali, Dingli li saq għat-tim Taljan Valtex Racing Team, irnexxielu jtemm fir-raba’ post filwaqt li fl-aħħar tellieqa tal-ġurnata, Dingli temm fis-7 post.

Din ma kinitx l-ewwel darba għal Dingli li saq ġewwa Lonato din is-sena u b’hekk qiegħed iżid l-kunfidenza tiegħu fiċ-ċirkwit. Fil-jiem li ġejjin Gianluca Dingli ser jkun qiegħed jirritorna ġewwa l-Italja għal-aktar taħriġ qabel jikkompeti fil-finali tal-karting għad-9 darba.