Futbol Sport

Il-kowċ Devis Mangia jibda b’telfa minkejja prestazzjoni pożittiva mit-tim Malti

(Ritratt: Mark Zammit Cordina)

Gżejjer Faroe……………………..3

Malta………………………………..2

Gżejjer Faroe: G. Nielsen, J.K. Danielsen, H. Vatnsdal, S. Nattestad, V. Davidsen, H. Hansson, S. Vatnhamar, B. Hendriksson, J. Bjartalid, K. Olsen (A. Olsen), M. Olsen (I Soylu)

Malta: H. Bonello, Z. Muscat, S. Borg, A. Agius, R. Camenzuli, J. Mbong, S. Pisani (R. Muscat), M. Guillaumier, J. Degabriele (P. Mbong), K. Nwoko, L. Gambin

Referee: Ádám Farkas

Assistent referees: Balázs Szert, Theodoros Georgiou

F’Torsvoellur Stadium il-Gżejjer Faroe għelbu lit-tim Malti 3-2 fl-ewwel partita taħt it-tmexxija tal-kowċ Devis Mangia. Kienu l-Gżejjer Faroe li fetħu fuq l-offensiva u kellhom l-ewwel ċans perikoluż lejn il-lasti difiżi minn Henry Bonello, meta wara kwarta logħob, Kalemint Olsen ġie waħda ma’ Bonello bil-koklużjoni tiegħu tkun salvata b’mod tajjeb mill-gowlkiper Malti. Il-pressjoni tal-Gżejjer Faroe sarrfet f’gowl fil-25 minuta meta minn cross ta’ Vatnhamar kien KALEMINT OLSEN li waħda fil-kaxxa, xeħet b’daqqa ta’ ras wara Bonello.

Dan il-gowl ta’ aktar grinta lit-tim Malti milli lil Gżejjer Faroe u wara numru ta’ azzjonijiet perikolużi, Malta ġabet id-draw permezz ta’ JURGEN DEGABIELE meta minn azzjoni maħduma kolletivament b’mod tajjeb, kien il-plejer ta’ Hibernians li kkonkluda b’mod preċiż fir-rokna tax-xibka.

Il-Gżejjer Faroe ġarpe xi ftit aħjar fit-tieni taqsima u f’tentattiv li jtajjar cross minn fuq ix-xellug Mbong għal ftit ma xeħitx fil-lasta tiegħu stess. Fis-67 minuta l-Gżejjer Faroe reġgħu resqu viċin li jmorru fil-vantapp meta minn cross fil-baxx ta’ Bjartalid lejn Olsen, kien Bonello li salva b’mod tajjeb.

It-tim Malti mar fil-vantaġġ fit-72 minuta meta minn freekick ta’ Luke Gambin, kien il-captain ANDREI AGIUS li xeħet wara Nielsen għal 2-1. ANDREAS LAVA OLSEN ġab id-draw għall-Gżejjer Faroe b’konklużjoni fil-baxx, biex fid-90 minuta freekick mill-isbaħ ta’ BRANDUR HENDRIKSSON ta rebħa lill-Gżejjer Faroe.

Intant ilbieraħ intlagħbu numru ta’ partiti oħra, fejn fil-Mercedes-Benz Arena, il-Ġermanja u Spanja temmew fi draw ta’ 1-1. B’numru ta’ plejers regolari neqsin għaż-żewġ timijiet kien it-tim ta’ Joachim Low li fetaħ l-iskor fil-partita fil-51 minuta meta minn cross ta’ Gosens kien l-akkwist il-ġdid ta’ Chelsea TIMO WERNER li xeħet wara De Gea. Spanja ġabu d-draw fid-90 minuta permezz ta’ GAYA.

UEFA NATIONS LEAGUE

Illum: Gżejjer Faroe v Malta 3-2, Latvja v Andorra 0-0, Ġermanja v Spanja 1-1, Ukranja v Żvizzera 2-1, Russja v Serbja 3-1, Turkija v Ungerija 0-1, Bulgarija v Irlanda 1-1, Fillandja v Wales 0-1, Moldova v Kossovo 1-1, Slovenja v Greċja 0-0