Lokali

“Il-PN qatt ma waqaf jaħdem favur in-nies” – Adrian Delia

Fl-aħħar snin, bħala Partit ma waqafniex naħdmu favur in-nies u niġġieldu l-korruzzjoni ta’ dan il-Gvern. U hekk lest li nkompli nagħmel.

Dikjarazzjoni ċara mill-Kap tal-PN Adrian Delia meta l-Ħamis kien intervistat fuq Net TV, b’xandira li twasslet ukoll fuq il-paġna ta’ Facebook tat-Times of Malta.

Adrian Delia stqarr li dak li kien wiegħed tliet snin ilu meta kien elett Kap tal-PN, fil-parti il-kbira tiegħu wettqu ….iżda hu għadu f’nofs triq ta’ din il-ħidma tant importanti għall-ġid tal-pajjiż.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista stqarr li jekk kien hemm xi ħaġa mill-Partit Nazzjonalista li nbidlet f’dawn l-aħħar tlett snin kienet l-attitudni..il-Partit ra kif għandu jinbidel u jippreżenta uċuħ ġodda..

Huwa stqarr li għad irid isir aktar tiġdid fil-Partit Nazzjonalista.

Adrian Delia semma wkoll il-kawża tal-Vitals… li hija wkoll ġlieda kontra l-korruzjoni… kawża li tfisser 250 elf ewro fis-sena għall-poplu Malti u Għawdxi.

Matul din l-intervista, Adrina Delia stqarr li kulħadd għandu spazju fil-Partit Nazzjonalista.. u kulħadd għandu l-post fejn jagħti l-opinjoni tiegħu.

Adrian Delia insista li il-bieb tiegħu huwa miftuħ għall-kulħadd.

Huwa temm l-intervista tiegħu billi fakkar kif fl-ahhar snin, bħala Partit ma waqafx jaħdem favur in-nies u jiġġieled il-korruzzjoni tal-Gvern ta’ Robert Abela. U fakkar li hu għadu miftuħ għal dibattitu mal-Prim Ministru – dibattitu li Abela baqa’ jaħarbu