Lokali

Illum tibda l-kumpilazzjoni ta’ Daniel Muka

Fil-Qorti dalgħodu mistennija tibda l-kumpilazzjoni fil-konfront taż-żagħżugħ Albaniż Daniel Muka, li kien inqabad mill-Pulizija f’dar abbandunata fil-Furjana wara l-qtil doppju ta’ Tas-Sliema.

Il-kumpilazzjoni se tibda tinstema’ quddiem il-Maġistrat Nadine Lia.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi James Grech u Colin Sheldon.

B’rabta ma’ dan il-qtil kien ġie arrestat ukoll Viktor Dragomanski, filwaqt li t-tielet suspettat ġie arrestat fi Spanja wara li kien irnexxielu jaħrab minn pajjiżna.

Ritratt: Martin Agius