Coronavirus Edukazzjoni Lokali Saħħa

“Impossibli li jinżammu l-bubbles” – UPE

Il-linji gwida li nħarġu lbieraħ għall-għalliema mhumiex realistiċi, bil-UPE mhix teskludi li tieħu azzjonijiet minħabba l-mod kif qed jimxi l-Gvern

Waqt konferenza tal-ahbarijiet, ic-Chairman Eżekuttiv tal-Union tal-Edukaturi Professjonisti, Graham Sansone, saħaq li l-protokolli li nħarġu l-Erbgħa jinkludu diversi deskrepanzi bejn il-protokolli u dak li ntqal f’laqgħa li saret aktar kmieni din il-ġimgħa fl-uffiċju tal-Prim Ministru, li għaliha kienet preżenti l-UPE.

Il-union uriet id-diżappunt għall-fatt li id-dokument ma’ kienx muri lill-istess union qabel ma nħareġ pubblikament…

Il-UPE ma taqbilx mal-ftuħ tal-iskejjel b’mod li jista’ jpoġġi s-saħħa tal-edukaturi u tat-tfal f’riskju…  u stqarret biċ-ċar li jekk il-Gvern jirrifjuta li jipproteġi lil kulħadd, il-UPE mistennija tieħu pożizzjoni cara sabiex tissalvagwardja saħħet kulħadd.

Waqt l-istess konferenza, Graham Sansone stqarr li hemm diversi kwistjonijiet li jinkwetaw lil din l-Union..fost l-oħrajn il-problemi relatati ma’ tfal li jaslu l-iskola ferm qabel il-ħin… problemi relatati mat-transport kif ukoll it- tfal vulnerabbli.

Mistoqsi jekk huwiex possibli li jinżammu il-famużi bubbles… Sansone stqarr li huwa impossibli u tenna li fis-sigħat li gejjien, il-UPE ser tkun qed tieħu azzjoni.

Il-Union qed tittama li matul il-ġimgħat li ġejjin, jirbaħ is-sens komun.. dan għaliex l-linji gwida li nħarġu l-Erbgħa m’humiex realistiċi