Lokali Qorti

Konferma li l-VGH tħallew itellqu waħidhom

Il-Qorti ordnat biex l-Aġenzija Projects Malta tippubblika l-ismijiet tal-membri li kienu parti mill-kumitat tal-evalwazzjoni li ta l-isptarijiet lil Vitals Global Healthcare.

It-Times ikkonfermat li l-pubblikazzjoni tal-ismijiet ta’ dawn il-membri mhux se tkun qed tikser il-privatezza tal-individwi. Dan minkejja li originarjament, talba li saret mill-istess ġurnal taħt il-Freedom of Information Act kienet ġiet rifjutata.

Sigħat qabel ingħatat din l-ordni, kienu ħarġu numru ta’ ismijiet fl-inkjesta dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, fejn ġie żvelat li l-kumitat ta’ Project Malta kien presedut miċ-Chairman James Camenzuli, filwaqt li Robert Borg u Manuel Castagna kienu fost il-membri li għamlu l-analiżi finanzjarja tal-offerenti.

Tnejn mit-tliet offerenti kienu skwalifikati… bil-VGĦ tħallew waħedhom

Fix-xhieda tiegħu Camenzuli qal li dan il-kumitat iltaqa’ mal-10 darbiet u tnejn mit-tliet offerenti kienu skwalifikati għax skont hu kellhom nuqqas ta’ dokumentazzjoni. Dan ifisser li wara din l-azzjoni il-VGH kienu l-unika offerenti li baqa’.

Il-kuntratt kien ingħata fl-2015 lil VGH, fejn ingħataw it-tmexxija ta’ San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal 30 sena. Huma ingħataw mal-50 miljun ewro kull sena mill-flus il-poplu Malti u Għawdxi, minkejja li ma kellhom ebda esperjenza fis-settur mediku.

Dan il-proċess kollu kien sar bil-barka tal-eks Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi.

Dan il-kuntratt kien qajjem numru ta’ domandi u tħassib dwar it-trasparenza tiegħu. Dan il-proċess kollu kien sar bil-barka tal-eks Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi.

F’Lulju li għadda investigazzjoni mill-Awditur Ġenerali kkonfermat li l-offerta tal-VGH kellha tkun skwalifikata, minħabba konfoffa mal-Gvern qabel kien inħareġ it-tender. Fl-istess waqt, il-Kap tal-PN Adrian Delia kien fetaħ kawża l-Qorti dwar dan id-deal skandaluż.