Lokali

L-għajnuna bil-kera għandha tiġi estiża għall-familji wkoll – PN

Ritratt mill-Arkivji

Bħala Oppożizzjoni ilna snin nitkellmu fuq in-nuqqas ta’ housing u l-prezzijiet tal-kirjiet li ħafna familji ma jlaħħqux magħhom għajr b’diffikultajiet kbar. Madankollu, sal-lum bil-pandemija għada għaddejja, għadna ma erġajniex rajna miżuri għal dawk il-familji li qedhin b’nuqqas ta’ xogħol f’dawn u ma jifilħux iħallsu l-kera.

Fi stqarrija mill-PN minn David Agius Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari u Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Familja b’Saħħitha, Solidarjetà Soċjali, Pensjonijiet Adegwati u Sostenibbli u Drittijiet tat-Tfal u Ivan Bartolo kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-Glieda kontra l-Faqar ta’ Kull Tip, Solitudni u l-Esklużjoni Soċjal intqal li huwa tajjeb li l-Gvern qed jestendi miżuri ta’ għajnuna fuq kera lis-self-employed u lin-negozjanti u businesses, iżda mhux hekk biss, hemm bżonn għajnuna wkoll għall-familji li jħallsu l-kera. Il-Partit Nazzjonalista jistaqsi dwar x’inhu l-pjan għal dawk in-nies li qegħdin jew se jispiċċaw bla saqaf fuq rashom?, se jkun hemm għajnuna jewshelters għal dawn l-emerġenzi?.

Il-Gvern Laburista kellu sajf sħiħ biex jgħarbel iktar dawn l-issues soċjali u sabiex jiltaqa’ mal-imsieħba soċjali u l-istakeholders u jippjana, iżda minflok ipprefera li juża s-sajf għall-btala u l-vaganzi.

Il-Partit Nazzjonalista diġa’ tkellem fuq is-survej SILC tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2019 u l-bżonnijiet tal-food banks li kull ma jmur iktar qed jiżdiedu u għaldaqstant qed nerġgħu nappellaw lil Gvern sabiex jisma’ u jieħu passi minn issa ħalli verament ħadd ma jaqa lura, ħadd ma jintesa u fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma jispiċċa bla saqaf fuq rasu iżda jgħix f’dar diċenti għalih u għall-familja tiegħu.