Lokali

Raġel arrestat wara li aggredixxa mara

Wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt Valletta, aktar kmieni llum, ġie arrestat raġel ta’ 36 sena residenti s-Siġġiewi, wara li allegatament aggredixxa mara fil-Belt Valletta.

L-investigazzjonjiet bdew nhar it-28 t’Awwissu, 2020, wara li l-Pulizija ġew infurmati li fiż-żona magħrufa bħala l-Fossa tal-Belt Valletta, mara ta’ 26 sena mill-Iżvezja kienet ġiet aggredita minn raġel li ħarab minn fuq il-post.

Wara analiżi tal-filmati tas-sigurtà u investigazzjonijet oħra, ir-raġel ġie identifikat bħala l- allegat aggressur u ġie arrestat.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada b’akkużi relatati ma’ dan il-każ.