Sport

Sarah Demicoli rebbieħa assoluta tal-Kompetizzjoni tal-Għawm Coros Malta

(Ritratt: Deacon Xuereb)

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ġew fi tmiemhom il-Kompetizzjonijiet tal-għawm bejn Malta u Għawdex fejn Sarah Demicoli, kienet ir-rebbieħa assoluta tal-Kompetizzjoni tal-Għawm filwaqt li Stefano Debono Grech rebaħ il-kompetizzjoni tal-Irġiel.

Fit-tellieqa bejn Malta-Għawdex-Malta fuq distanza ta’ 11 –il kilometru, Sarah Demicoli kienet l-ewwel għawwiema barra mill-ilma wara li pożizzjonat ruħha fuq quddiem mill-bidu nett tat-tellieqa. Din kienet l-ewwel esperjenza ta’ Demicoli f’din it-tellieqa sa mill-2017 fejn dakinhar ukoll ħarġet rebbieħa.

It-tieni għawwiema femminili li temmet it-tellieqa kienet Leah Satariano segiwta minn Hannah Cutajar. Stefano Debono Grech kien l-ewwel raġel li temm it-tellieqa segwit minn Robert Vella u Gilbert Debono.

Is-Segretarju Ġenerali ta’ Birkirkara St. Joseph Sports Club, Euchar Camilleri qal li minħabba l-pandemija tal-coronavirus kien hawn nuqqas ta’ parteċipazzjoni ta’ għawwiema barranin u naturalment affetwat in-numri tal-parteċipanti, madankollu l-Klabb kien sodisfatt bir-riżultati miksuba fit-tellieqa tas-Sibt.

Birkirkara St. Joseph Sports Club, li din is-sena qed jiċċelebra l-45 anniversarju tiegħu huwa grat għall-appoġġ Coros Malta – sponsor ewlieni tal-avveniment, proteinmalta.com, Transport Malta, Korp tal-Pulizija ta’ Malta, Forzi Armati ta’ Malta, Emergency Malta kif wkoll t-tim tal-immanniġjar tat-tlielaq għall-appoġġ u x-xogħol kollu li kkontribwew lejn is-suċċess ta’dan l-avveniment.