Futbol Sport

Tkompli s-saga bejn Messi u Barcelona

(Ritratt: EPA)

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li Lionel Messi jista’ jibqa ma’ Barcelona u jonora l-kuntratt tiegħu li jiġi fi tmiemu fis-sajf li ġej.

Dan wara li fl-aħħar sigħat kien hemm laqgħa bejn Jorge Messi li huwa missier u l-aġent ta’ Lionel Messi u l-President ta’ Barcelona. F’kummenti mal-midja internazzjonali, Jorge Messi qal li bħalissa qegħdin jikkunsidraw kull offerta anke dik li ibnu jibqa’ ma’ Barcelona.

Bħalissa Lionel Messi mhux qiegħed jitħarreġ mat-tim ta’ Barcelona u rrifjuta wkoll li jagħmel it-testijiet mediċi ta’ qabel l-istaġun. Dan wara li fl-aħħar jiem l-Arġentin wera x-xewqa li jħalli lil Barcelona, bit-tim li huwa interessat li jakkwista lill-plejer irid iħallas is-somma ta’ €700 miljun.