Coronavirus Futbol Sport

Tliet plejers oħra ta’ PSG pożittivi għall-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Wara li lbieraħ, Neymar, Parades u Di Maria rriżulta pożittiv għall-coronavirus, illejla ħarġet l-aħbar li Icardi, Navas u Marquinhos ukoll irriżultaw pożittiv biex issa t-total ta’ każi pożittivi għaċ-champions Franċiżi tela’ għal sitta.

PSG waqqfu t-taħriġ tagħhom, u ħabbru li l-plejers kollha li rriżultaw pożittiv jinsabu iżolati. Intant fl-Arġentina it-tim ta’ Boca Juniors irreġistra 18 -il każ pożittiv.