Għawdex Lokali

3 żgħażagħ Franċiżi l-isptar wara ħabta bil-quad bikes fit-triq ta’ Marsalforn

L-inċident seħħ fi Triq ir-Rabat, limiti taż-Żebbuġ Għawdex, biż-żgħażagħ jittieħdu l-isptar għall-kura

Tliet żgħażagħ Franċiżi, ilkoll għandhom 23 sena u residenti tas-Sliema, ittieħdu b’emerġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza wara inċident b’2 quad bikes fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, it-triq li mir-Rabat tagħti għal Marsalforn.

Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tat-2.40pm u malli l-Pulizija tad-Distrett waslet fuq il-post, irriżultalha li wieħed miż-żgħażagħ kien qiegħed isuq quad bike, tat-tip Adly 320UD u għal xi raġuni tilef il-kontroll.

Konsegwenza t’hekk, żagħżugħ Franċiż ieħor, li kien qed isuq quad bike, tat-tip Adly 320U, fl-istess direzzjoni, u li miegħu kellu passiġġier ieħor Franċiż, ipprova jevita jaħbat mal-quad bike l-ieħor iżda ħabat ma’ ħajt. Miegħ

Il-kundizzjoni medika tat-tliet persuni għadha ma ġietx iċċertifikata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.