Fid-dawl tal-istorja ppubblikata minn The Sunday Times Of Malta l-Ħadd li għadda dwar il-fatt li l-persuna li sa ftit ilu kien iċ-chairperson tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar u li fl-istess waqt kien impjegat tal-Awtorità tal-Ippjanar bl-unpaid leave, il-Gvern Laburista ta’ pajjiżna u in partikolari l-Ministru responsabbli Aaron Farrugia għandhom jiżguraw li dan ma jerġax iseħħ.
Fi stqarrija l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Artijiet, il-Kostruzzjoni u Ippjanar Sostenibbli, Kevin Cutajar, flimkien mal-Kelliem għall-Ambjent u l-Emerġenza tal-Klima, David Thake, intqal li dan sabiex kull ċittadin iserraħ rasu li dan it-Tribunal jiddeċiedi b’ serenità u b’ġustizzja fuq appelli minn deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar bla ma jkun hemm dubju li min qed jiddeċiedi jista’ għandu kunflitt għax hu impjegat ta’ dik l-Awtorità.
Il-Gvern Laburista u l-Ministru Aaron Farrugia għandhom ukoll jiddikjaraw min se ikun qed jerfa’ r-responsabbilità politika tal-konsegwenzi f’każ li d-deċiżjonijiet li ittieħdu fil-perjodu meta dan iċ-chairperson kien fil-kariga, jiġu kkontestati.
Il-Partit Nazzjonalista jfakkar li l-poplu Malti għandu dritt li t-tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar jitmexxa u jkun ffurmat min-nies li huma indipendenti u imparzjali mill-Awtorità tal-Ippjanar. Dan jekk il-Gvern irid li xi darba f’Malta terġa’ tibda tirrenja s-saltna tad-dritt.
//= $special ?>