Futbol Sport

It-tim Malti ta’ taħt il-21 sena megħlub mill-Irlanda ta’ Fuq

Aquilina salva l-penalty ta' Parkhouse minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima (Ritratt: Domenic Aqulina)

Malta………………………..0

Irlanda ta’ Fuq…………..2

Fis-Centenary Stadium, it-tim Malti ta’ taħt il-21 sena safa megħlub bl-iskor ta’ 2-0 mill-Irlanda ta’ Fuq. Il-kowċ Silvio Vella kellu numru ta’ plejers neqsin minħabba li kienu msejjħa mal-iskwadra ewlenija tan-nazzjonal.

Minkejja n-nuqqas ta’ azzjonijiet fl-ewwel taqsima, it-tim Malti ħoloq l-ewwel periklu man-nofsiegħa logħob meta x-xutt ta’ Myles Beerman impenja lill-gowlkiper Irlandiż.

Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, l-Iralnda ta’ Fuq ingħataw penalty wara li Ross Larkin deher jitwaqqa’ fil-kaxxa minn Beerman. Minn ħdax -il metru, David Parkhouse ra lil Timothy Aqulina jsalva b’mod tajjeb.

Fil-58 minuta l-Irlanda ta’ Fuq marru fil-vantaġġ meta wara cross minn Daniel Amos sab lil Parkhouse li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu taħbat mal-lasta, bil-ballun jaqa’ f’saqajn ROSS LARKIN li mill-viċin xeħet ġewwa. Huma rduppjaw disa’ minuti wara meta x-xutt ta’ Mc Cann kien parzjalment salvat minn Aqulina, b’PARKHOUSE ikun l-ewwel fuq il-ballun mir-rebound biex għamilhom 2-0.

Din kienet il-ħames telfa li t-tim Malta ta’ taħt il-21 sena sofra f’dan il-Grupp ta’ kwalifkazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena. It-tim ta’ Silvio Vella jmissu jilgħab kontra r-Rumanija nhar it-Tlieta li ġej fis-6.00p,m fis-Centenary Stadium.

Malta: T. Aquilina, N. Pulis, K. Shaw, J. Zerafa (D. Xuereb), A. Friggieri (J. Busuttil), M. Beerman, Z. Grech, A. Satariano, N. Portelli (A. Spiteri), G. Camilleri (C. Zammit Lonardelli), A. Attard.

Irlanda ta’ Fuq: C. Hazard, C. Marron, D. Amos, R. Larkin (K. Balmer), E. Toal, E. Galbraith, N. Kerr, A. Mccalmont (C. Gallagher), D. Parkhouse (P. O’ Neill), C. Boyd-Munce (J. Dunwoody), A. Mccann (K. McClean).

Referee: Michal Ocenas