Lokali

Jinqata’ yacht u jispiċċa qalb in-nies fl-Għadira

Dgħajsa oħra tinkalja mal-blat f'Baħar iċ-Ċagħaq

Yacht li kien marbut ftit ‘il barra mill-Bajja tal-Mellieħa, għal xi raġuni mhux magħrufa nqata’ mill-irbit bil-konsegwenza li l-mewġ ġarru lejn in-nies li f’dak il-waqt kienu qed jgħumu.

Kien hawnhekk li l-yacht inkalja fuq ir-ramel tal-Għadira fejn preżentament għaddejja tfittxija għal sidu. Mhux magħruf jekk kienx hemm xi persuni li ġarbu xi ġrieħi f’dan il-każ.

Dan filwaqt li f’każ separat, dgħajsa oħra spiċċat inkaljat mal-blat f’Baħar iċ-Ċagħaq bl-awtoritajiet konċernati jinsabu informati.

Aktar dettalji kif jaslulna.